Lokali Qorti

Sentenza sospiża għal għaddas li kien qed jakkumpanja suldat Għawdxija li tilfet ħajjitha f’Imġarr ix-Xini

Negozjant ta’ 60 sena minn Tas-Sliema ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin mill-Qorti ta’ Għawdex wara li nstab wara li nstab ħati li ma kienx responsabbli meta kien qed jogħodos flimkien mas-suldat Għawdxija – Christine Gauci li spiċċat għerqet f’Imġarr ix-Xini, Għawdex f’Jannar tal-2020. Il-vittma tal-inċident, mir-Rabat Għawdex – kienet membru tal-Forzi Armati ta’ Malta u bandista.

Arthur Castillo kien tressaq il-Qorti mixli bi qtil involontarju ta’ Gauci liema nċident traġiku kien seħħ fit-18 ta’ Jannar ta’ sentejn ilu. Il-Qorti qalet li bħala ‘buddy’ ta’ Gauci waqt li kienu qegħdin jogħodsu fil-fond Castillo assuma li l-vittam ta’ 35 sena setgħet tkompli togħdos minkejja d-diffikultajiet li sabet ruħha fihom malli qabżet togħdos mal-akkużat.

Mill-provi rriżulta li Castillo naqas milli jżomm kuntatt ma’ Gauci “biex jara li kienet f’kundizzjoni tajba l-ħin kollu,” aktar u aktar meta huwa qal ukoll fil-kumpilazzjini li kien imħarreġ fir-rescue diver training. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Simone Grech wara li fliet il-provi prodotti u kif ukoll l-atti proċesswali, fil-fehma umli tagħha qalet li tqis illi l-Prosekuzzjoni rnexxielha tipprova li l-imputat aġixxa b’kondotta li fiha huma ravviżabbli l-elementi li twassal għal ħtija tar-reat.

Castillo qal li Gauci bdiet qisha titlef il-bilanċ malli ħarġu minn mal-blat man-naħa tax-xellug taħt il-baħar. Tenna li f’dan il-ħin, kif ukoll wara, Gauci qaltlu li riedet tkompli togħdos minkejja li staqsiha jekk riditx li jduru lura. Qal ukoll fil-Qorti li minn kmieni filgħodu, xħin kienu fi triqithom lejn il-bajja, Gauci qaltlu li kienet għajjiena wara xift twil u li kienet ilha 20 siegħa ma torqod. 

Huwa qal ukoll li anke s-sieħba tiegħu kienet qalet lill-vittma biex ma togħdosx, iżda Gauci qaltilhom li bil-baħar tiġi f’tagħha. Gauci tilfet ħajjitha wara li sabet ruħha f’diffikultà taħt il-baħar aktar tard f’dik l-għodwa. Il-Qorti qalet li f’ċirkostanzi bħal dawn wieħed ma jistax jassumi.

Fil-fatt Castillo ħaseb li Gauci kienet qed tgħum lura lejn il-wiċċ u ma baqax isaqsiha kemm kien fadlilha arja. Il-Maġistrat Grech ikkonkludiet li tqis li Castillo assuma ħafna affarijiet dwar x’kienet għamlet Gauci mingħajr ma effettivament kien sar kuntatt bejnu u bejn Gauci, 77 minuta wara li qabżu l-baħar. Huwa kien qiegħed hemm biex jieħu ħsiebha.

Huwa qal li kien hemm ħaddieħor li kien qed jogħodos. Spjega li huwa kkonkluda li Christine Gauci kienet dieħla ‘l gewwa għax raha tiela’ u raha ddawwar idejha maċ-ċilindru tagħha tal-fifty (50%) per cent. Spjega li huwa ħaseb li qabditu. Qal li kienu fond xi 16 jew 17-il metru u li bdew deħlin flimkien hu u Joseph Caruana għaliex huwa kellu ‘issue’ peress li kellu żewġ kilos neqsin.

Niżlu fond ta’ ftit aktar minn 30 metru

Castillo qal li kellhom bzonn ‘decompression’ peress li niżlu xi 30.7 metri. Kien hemm bzonn jagħmlu sebgħa minuti
kull tliet metri qabel ma jmorru fil-wiċċ. Sostna li Christine Gauci setgħet qabdet l-“ispare cylinder’ li kien għad fadallu 185 bar. Dan ifisser li dan ma ntmessx għaliex dan kien jimtela’ 200 bar iżda huwa normali li jekk ikun saħan xi ftit jinzel ghal 185 bar.

Tenna li huwa ma kienx ‘buddy’ ma’ Joseph Caruana iżda ma’ Christine Gauci u li huwa setax jitla’ wara l-vittma għax din sparat ‘il fuq u huwa kien jispiċċa b’embolizmu. Spjega li meta waslu 10 metri, huwa beda jħoss li qed jinġibed ‘il fuq u għalhekk qabad biċċtejn ġebel u għamel ‘a controlled ascent’ bil-ġebel. Qal li malli tela’, staqsewh fejn hi
Christine. Spjega li huwa u l-oħrajn bdew ifittxu lil Christine filwaqt li saret telefonata lil 112.

Qal li r-regolaturi, ċilindri u ‘wing’ kienu tiegħu u li ċ-ċilindri kienu ta’ l-isteel u kienu three hundred bar. Ikkonferma li kien hu li mela l-arja ta’ ġoċ-ċilindri. Spjega li dawn kienu mimlijin it-tnejn, three hundred bar u li l-apparat ġie ċċekjjat fil-preżenża ta’ Christine kif ukoll il-bailout tan-nitrox li kellha.

It-twin set kien 20.8% u l-ieħor kien xi 50 point xi haġa. Mistoqsi kif ma kellux suspett meta f’ fond ta’ 10 metri wara biss għoxrin 20, Christine kienet ġia’ ħliet 70 bar, huwa spjega li ma qamlu l-ebda suspett. Spjega li wara li kien staqsiha kemm kien fadlilha arja u hija kienet wieġbet li kien fadlilha 110 bar, huwa ma reġa’ qatt staqsiha kemm kienet
fadlilha arja.

L-aħħar reading tal-arja kien proprju dak il-ħin. Spjega li 25 minuta li kien hemm fejn huma bdew telgħin lura ‘l fuq, ma sar l-ebda check fuq kemm kien fadal arja. Huwa spjega li fl-ebda ħin waqt id-dive, ma sar xi sinjal minn Christine Gauci li ma kienx baqalgħa iktar arja.

Kieku għamlet tali sinjal, huwa kien jagħtiha r-regulator tiegħu. Spjega li hija lanqas ma għamlet l-ebda sinjal biex infurmat lil ‘buddy’ (hu) tagħha li kien hemm xi haġa mhux f’postha. Spjega li huwa ħares u ma rahiex filwaqt li assuma li dieħla ‘l ġewwa.

Qal li dak il-hin ma għaddilux minn moħħu li jista’ jkun li Christine għandha ‘decoż iktar minnu. Spjega li dak il-ħin kien taħt paniku shih u xħin raha tiela’, huwa qal li l-iktar l-iktar ikollha ‘decompression sicknesżs imma almenu tkun waslet fil-wiċċ.

Spjega li huwa kien liebes dry suit u kellu wing. Spjega li huwa ma jasalx biex ibattal id-dry suit u jbattal il-wing u jagħmel ‘controlled ascent’. qal li pprova kemm-il darba iżda huwa għandu bżonn l-piż. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti kkunsidrat ukoll li l-vittma kienet qed tuża ‘dry suit’ li ma kinitx tal-qies tagħha u li lanqas kienet tħarrġet dwar kif tużaha sew. Il-Qorti ordnat ukoll lil Castillo jħallas €1,114 fi spejjeż tal-Qorti. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.