Fi stqarrija ta’ żewġ linji Manchester United qalu li ‘bdew passi’ bi tweġiba għall-intervista ta’ Cristiano Ronaldo.
Ronaldo, fost oħrajn akkuża lil United li tradewħ u li pprovaw jġiegħluħ jitlaq mill-klabb f’intervista mal-preżentatur ta’ TalkTV Piers Morgan. Fl-intervista ta’ 90 minuta, huwa qal li m’għandux rispett lejn il-manager Erik ten Hag.
L-istqarrija tar-Red Devils ittemm tgħid li l-klabb mhux se jkun qed jagħti aktar kummenti sakemm dan il-proċess ikun konkluż.
//= $special ?>