Il-Prim Ministru Robert Abela lest jirriskja li jumilja pubblikament l-eks Prim Imħallef Joe Azzopardi billi xorta waħda jibqa’ jinsisti li jpoġġi ismu fuq il-mejda tal-kamra Parlamentari sabiex jintlaħaq Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika minkejja veto minn naħa tal-Oppożizzjoni.
Dan intqal f’artiklu fuq The Shift News hekk kif filwaqt li jaf biċ-ċar li għandu bżonn l-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tal-kamra sabiex Azzopardi jilħaq bħala suċċessur ta’ George Hyzler – jaf ukoll li dan ma jistax iseħħ mingħajr il-kunsens mal-Oppożizzjoni. Iżda xorta waħda qed jibqa’ jinsisti bin-nomina tiegħu.
Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista qabel li l-eks Imħallef Joseph Zammit McKeon jiġi maħtur bħala Ombudsman, esperti fil-liġi li tkellmu ma The Shift News saħqu li Robert Abela qed jisforza li tgħaddi tiegħu akkost ta’ kollox rigward l-eks Kandidat Laburista u eks Prim Imħallef.
Dan minkejja li huwa konxju li m’għandux l-appoġġ taż-żewġ terzi tal-kamra. Iżda minflok huwa qed jagħżel li jiggwadanja punti politiċi…billi juri kemm m’għandux kredenzjali demokratiċi.
Sorsi saħqu li sa ftit tal-ġimgħat ilu anke Robert Able kien tal-fehma li Joe Azzopardi ma kienx il-kandidat ideali iżda issa dawwar fehmtu biex juża lill-eks Prim Imħallef għal gwadann politiku tiegħu.
L-istess sorsi spjegaw li huwa sigriet magħruf li Abela ma riedx li Joe Azzopardi jibqa jokkupa l-pożizzjoni ta’ Prim Imħallef tant li stennieh jiritira fl-età ta’ 65 qabel ma żied l-età ta’ rtirar tal-Imħalfin għal 68 sena….fatt li kienu ilu maqbul għal żmien twil mal-Oppożizzjoni.
Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista qabel rigward il-ħatra tal-Ombudsman qed jinsisti li jeħtieġu aktar diskussjonijiet rigward il-ħatra tal-Kumissarrju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika bil-għan li l-pass ikun wieħed fid-direzzjoni t-tajba b’mod deċiżiv.
Il-mozzjoni mistennija tiġi diskussa nhar it-Tnejn 21 ta’ Novembru.
//= $special ?>