Lokali

AnneMarie Grech qalb it-tfal waqt mixja fil-Buskett

Is-Sibt waranofsinhar, diversi persuni ngħaqdu ma’ AnneMarie Grech, is-sinjura tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għal mixja fil-Buskett lejlet Jum it-Tfal.

Matul dan il-jum, it-tfal kellhom l-opportunità li jagħmlu face painting filwaqt li oħrajn ingħaqdu ma’ xi żgħażagħ li bdew idoqqu l-instrumenti.

Preżenti wkoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech li qatta’ dan il-jum mal-familji li attendew.

AnneMarie Grech tkelmet dwar l-importanza li nagħtu s-sostenn kollu lill-uliedna għaliex huma l-futur ta’ pajjiżna.

Ta’ kull sena, fl-20 ta’ Novembru, jiġi ċċelebrat Il-Jum Dinji tat-Tfal, jum iddedikat lit-tfal kollha.

F’dan il-jum, niċċelebraw bosta kisbiet li saru biex ikun żgurat li t-tfal ikollhom aċċess għad-drittijiet tagħhom. Madankollu, għandna nkomplu bil-ħidma tagħna li naqbżu għal dawk it-tfal li d-drittijiet tagħhom mhumiex qed ikunu ggarantiti.

Ritratti: Martin Agius