B’rebħa ta’ 6-2 fuq Fgura Kenky, Floriana Ajax żammew posthom fil-quċċata bit-tielet rebħa konsekuttiva li tikkonferma l-potenzjal ta’ dan it-tim
Floriana stabilixxew vantaġġ ta’ 4-0 fl-ewwel parti tal-logħba bit-tim mill-Fgura iwettaq reazzjoni għal 4-2 għalkemm l-aħħar żewġ games reġgħu kienu favur il-Furjaniżi li eventwalment kisbu t-tliet punti finali.
Wara t-telfa kontra Education Bar, Ħamrun Bayern A irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Manchester Conquest Pub 6-2. F’partita oħra Sliema Inter Darts Club kisbu l-ewwel rebħa ta’ l-istaġun wara li għelbu lil Top Gun Bar 6-2.
F’logħba ferm interessanti, Education Bar għelbu lil Ħamrun Bayern B 5-3 biex din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva kontra wieħed mit-timijiet ta’ Ħamrun Bayern.
Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Floriana Ajax B u Birżebbuġa Lions kisbu rebħiet kbar ta’ 7-1 kontra Fgura Maypole u Beland Bull’s Eye rispettivament filwaqt li f’partita ferm bilanċjata, PO’s Bar u Cox Bar temmew il-konfront tagħhom fi dro ta’ 4-4.
Finalment fit-tielet diviżjoni, Duke’s Bar A u Birgu Boċċi Darts Club rebħu bl-iskor identiku ta’ 5-3 kontra Leah’s Bar u Żebbuġ Rangers rispettivament filwaqt li Duke’s Bar B u Żejtun Domus spiċċaw fi dro ta’ 4-4.
//= $special ?>