L-avventura ta’ Francesca Curmi fl-Open Villa de Madrid intemmet fil-kwarti tal-finali meta kienet megħluba f’żewġ sets mill-Pollakka Magdalena Frech. Frech, li tinsab fil-116-il post fir-rankings WTA, ħadet siegħa u 35 minuta biex eliminat lil Francesca Curmi bil-punteġġ ta’ 6-4, 6-4.
Iktar kmieni matul il-jum tal-Ġimgħa Francesca Curmi kompliet tirbaħ fl-Open Villa de Madrid u fir-rawnd tal-aħħar sittax għelbet lill-Franċiża numru 109 fid-dinja Océane Dodin 6-3, 6-2 biex għaddiet għall-kwarti tal-finali kontra Magdalena Frech.
Qabel dan Curmi eliminat lill-Awstrijaka Sinja Kraus 2-6, 6-3, 4-6, lit-Taljana Nuria Brancaccio 7-6, 4-6, 10-12 u lill-Ispanjola Lucia Cortez Lloroca 7-5, 6-4
//= $special ?>