Għada l-Ħadd, mal-gazzetta ‘Il-Mument’, se jkun qed jitqassam il-magażin tradizzjonali ta’ kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, fl-okkazzjoni tat-22 edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni li se ssir fil-Qatar. Għal darb’oħra, Net Media ħadet ħsieb li tipprepara publikazzjoni speċjali u li se tkun qed titqassam qabel il-bidu ta’ dan l-akbar turnament dinji tal-futbol b’kontenut riċerkat mifrux fuq 48 paġna.
Għal darb’oħra l-kitba ta’ dan il-magażin esklussiv kien fdat f’idejn il-ġurnalist sportiv, Christian Micallef. Matul dawn l-aħħar ġimgħat, Micallef ħa ħsieb li jfassal u jikteb din il-publikazzjoni sportiva, b’artikli informattivi dwar kull tim finalist f’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Il-magażin ta’ din is-sena għandu fiħ artikli oħra ta’ interess u li kienu miktuba mill-ġurnalist veteran sportiv, Ġorg Micallef u André Muscat.
Din il-publikazzjoni hi meqjusa ta’ valur għal dawk kollha li jgħożżu dawn it-tip ta’ publikazzjonijiet speċjali minn edizzjoni għal oħra, apparti li hi mimlija b’ritratti kkuluriti tat-32 pajjiż li se jieħu sehem f’dan it-turnament fil-Qatar.
//= $special ?>