Lokali

Il-PN se jibqa’ jkun impenjattiv għal iktar investiment fis-saħħa tal-aqwa kwalità

“Hemm bżonn li pajjiżna jkollu sistema ta’ saħħa tal-aqwa kwalità.”

Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kelliem tal-PN għas-Saħħa, Stephen Spiteri meta indirizza konferenza li ttellgħet mill-Mental Health Network il-Ġimgħa filgħaxija fl-okkażjoni tal-15-il sena mit-twaqqif ta’ din l-għaqda.

Id-deputat Nazzjonalista faħħar ix-xogħol li qed tagħmel din l-għaqda li dejjem tpoġġi lill-pazjenti fiċ-ċentru tal-ħidma taghha.

Stephen Spiteri qal li l-Gvern qatt m’għandu jħalli  persuni jitkarbu għat-trattament u l-kimoterapija… li mingħajrha, il-pazjenti qatt ma jkollhom ċans li jegħlbu l-battalja kontra l-kanċer.

Kien fid-dawl ta’ dan illi wiegħed li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem biex jassigura li pajjiżna jkollu l-kura kollha meħtieġa biex jingħata l-aħjar lill-Maltin u l-Għawdxin.

Stephen Spiteri fakkar li pajjiżna jista’ jaħdem ma’ pajjiżi Ewropej li joffru kura ta’ trattament tal-kanċer biex permezz ta’ arranġament, il-Maltin jieħdu l-aqwa servizz… anke jekk dan ikollu jsir barra minn pajjiżna.

Gvern Nazzjonalista dejjem investia fil-kura tal-kancer, tant li kien fassal u bena c-Centru tal-Onkologija biswit Mater Dei; ċentru li għadu jintuża sal-lum u li sar b’investiment ta’ miljuni ta’ ewro.