Illum, għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ filgħodu, raġel mill-Maċedonja ta’ 27 sena residenti Wied il-Għajn tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq fi Triq Sant’ Antnin, Wied il-Għajn u weġġa’ gravi.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel mill-Maċedonja ta’ 27 sena u residenti Wied il-Għajn, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Kymco Agility, u waqa’.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>