Futbol Sport

”Kull logħba ninżlu biex nieħdu xi ħaġa minnha” – Matthew Guillaumier

(Ritratt: Mark Zammit Cordina)

Hekk kif għada t-tim Nazzjonali Malti jilgħab it-tieni partita ta’ ħbiberija tiegħu din il-ġimgħa din id-darba kontra l-Irlanda, aktar kmieni llum l-Interim Coach Gilbert Agius u l-midfielder ta’ Ħamrun Spartans Matthew Guillaumier ipparteċipaw f’konferenza tal-aħbarijiet.

Gilbert Agius qal li jinsabu konxji mill-kwalità li għandu t-tim Irlandiż fejn saħaq li se tkun logħba oħra li tirrikjedi s-sagrifiċji u dixxiplina. Huwa qal li tliet plejers jinsabu dubjużi wara li kontra l-Greċja kellhom jinbidlu minħabba injuries iżda jekk ikun hemm bżonn li jilgħabu plejers oħra minflokom ċert li se jkunu qed jagħtu l-mija fil-mija tagħhom.

Il-midfielder Matthew Guillaumier qal li minkejja li jafu li l-avversarji huma b’saħħithom, it-tim nazzjonali jinżel biex jieħu xi ħaġa minn kull logħba. Guillaumier kompla jgħid li l-plejers se jkunu qed joħorġu fil-pitch b’attitudni pożittiva bit-tama li l-pjan tattiku jirnexxi u li jkunu qed jirrepetu l-wirja li kellhom kontra l-Greċja.

Malta tilgħab kontra l-Irlanda għada fit-20:00 fl-Istadium Nazzjonali, Ta’ Qali