Lokali

Seminar bit-tema ‘Gvern lokali ta’ vera’

Tul il-jum tas-Sibt sar seminar għall-kunsilliera fid-Dar Centrali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Gvern Lokali ta’ Vera’, fejn tmexxa mid-deputat tal-Partiti Nazzjonalista u Kelliem għall-Gvern Lokali u għall-Amministrazzjoni Pubblika Darren Carabott.

Fis-seminar li ġie indirizzat ukoll kemm mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino kif ukoll mill-President tal-Kullegg tal-Kunsilli Lokali Charles Bonello, ġiet diskussa ir-Riforma fil-Kunsilli Lokali, fejn il-Kunsilliera nqasmu f’workshops differenti u ħabtu l-ideat tagħhom  sabiex joħorġu bi proposti konkreti u deċisivi bil-għan li titjieb is-sistema tal-Kunsilli Lokali fuq livell nazzjonali.

Fl-istess waqt ġew indirizzatti 4 temi differenti fosthom; it-tema ta’ Governanza Lokali ta’ vera, it-tisħiħ tar-regjuni mingħajr ma jitwarrbu l-Gvernijiet Lokali, l-ambjent u l-Indafa fil-lokalitajiet kif ukoll kemm il-kunsill lokali jkun verament qrib iċ-ċittadin.

Id-diskussjoni dwar ir-riforma fil-Kunsilli Lokali se titkompla tul tmiem il-ġimgħa li ġejja filwaqt li d-dokument bil-proposti mressqa mill-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista se jiġi ppubblikat fil-jiem li ġejjin.