Għawdex Lokali

44 persuna nqabdu li qed jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari

Accept Analitiċi cookies to view the content.

44 persuna nqabdu li qed jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari f’spezzjonijiet li saru Marsalforn.

Il-Ħadd filgħodu, il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, komplew bi spezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari.

L-ispezzjonijiet saru f’Marsalforn u nstabu 44 persuna jgħixu fil-pajjiż b’mod irregolari. Dawn il-persuni – mill-Ghana, min-Niġerja, mis-Sirja, mill-Gambja, mit-Togo, mill-Albanija, mill-Pakistan u mill-Burkina Faso – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzzjoni fejn beda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.

Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.