Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Al Rihla magħżul bħala l-Ballun Uffiċjali

(Ritratt: EPA)

Il-Ballun Uffiċjali għal din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja jismu Al Rihla. Dan hu wieħed mill-iktar blalen li meta nħadem intużaw materjali favur l-ambjent.

Id-disinn tal-ballun hu maħsub biex iżid il-veloċità tal-logħba hekk kif meta jkun fl-arja, għandu aktar veloċità minn kull ballun li ntuża fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja. L-isem tiegħu ġej mill-Għarbi u jfisser “il-vjaġġ”, isem li hu sinonimu mal-kwalità tal-ballun. L-isem hu ispirat mill-kultura, l-arkitettura, id-dgħajjes tradizzjonali u l-bandiera tal-Qatar. Il-kuluri vibranti tiegħu jirrappreżenta lpajjiż organizzattiv u l-veloċità li dejjem qed tiżdied fil-logħba tal-futbol.

Għal edizzjoni oħra, il-ballun ġie żvelat minn Adidas. Din hi l-14-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li din il-kumpanija ħadet ħsieb id-disinn u l-għamla tal-ballun. L-ewwel ballun li qatt intuża minn Adidas kien għall-edizzjoni tal-1970 li kienet saret fil-Messiku u li ntrebħet mill-Brażil.