Lokali Saħħa

Covid-19: 14-il każ ġdid

Fl-aħħar sigħat instabu 14 -il każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna filwaqt li fiequ 14 -il persuna oħra.

Dan ifisser li l-każi attivi baqgħu 235.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun tal-virus fl-aħħar 24 siegħa, bit-total ta’ vittmi f’pajjiżna baqa’ dak ta’ 808.