Mit-Tfal għat-Tfal.
Hija din il-kampanja li nieda l-programm Ġimgħa b’Ġimgħa, il-programm li jintwera kuljum fuq Net Television bejn 16:20 u 17:45.
Matul din il-kampanja se jkunu qed jinġabru donazzjonijiet mit-tfal sabiex jingħataw lil dawk it-tfal li għaddejjin minn sfidi u sitwazzjonijiet diffiċli.
Il-Fondazzjoni SebħV/O 1622 hija dik il-fondazzjoni li se tingħata dawk id-donazzjonijiet miġbura. Din il-fondazzjoni tagħti għajnuna lil dawk it-tfal li jeħtiegu sapport biex ħajjithom tkun aktar facli.
Huma saħqu li jixtiequ jferrħu lil dawn it-tfal billi jingħataw donazzjonijiet ta’ affarijiet baziċi bħal:
- Ikel
- Xorb (mhux alkoħoliku)
- prodotti sanitarji bħal sapun u deterġenti
- Vawċers
- Stationery
- Affarijiet ta’ użu għall-iskola bħall-kaxxi għall-kolazzjon
- Affarijiet għall-krafts u arti
- Make-up
- Oġġetti li jistgħu isebbħu l-kamra tas-sodda
- Board games
Għalhekk qed istiednu lit-tfal kollha biex dal-Milied jferrħu tfal ohra billi jipparteċipaw f’din l-kampanja. Dawn għandhom jagħmlu kuntatt mal-produzzjoni ta’ Ġimgħa b’Ġimgħa fuq 9944 5783 jew jibgħatu messaġġ fuq il-paġna tagħna ta’ Faċebook u jiġu ikkuntatjati. Min irid jista jiġi jagħti d-donazzjoni tiegħu ġewwa l-istazzjon ta’ NET TV.
Id-donazzjonijiet se jibqgħu jintlaqgħu sat-23 ta’ Diċembru.
//= $special ?>