QATAR…………..0
EKWADOR..……2
Fl-ewwel logħba tat-Tazza tad-Dinja 2022, Qatar soffrew l-ewwel telfa tagħhom kontra Ekwador. Il-logħba mmexija mir-referee t’esperjenza Daniel Orsato kienet waħda kumbatutta b’bosta deċizjonijiet kontroversjali. B’dan ir-riżultat, Qatar huwa t-tieni pajjiż li organizza ediżżjoni tat-Tazza tad-Dinja u ma rnexxilux issib ix-xibka fl-ewwel logħba wara l-Messiku fl-1970. Apparti minn hekk, il-Qatar huwa ukoll l-ewwel pajjiż li qed tospita t-Tazza tad-Dinja li ma rebaħx l-ewwel logħba.
L-Ekwador ħasbu li sabu x-xibka għall-ewwel gowl fil-kompetizzjoni wara biss 3 minuti meta Enner Valencia kkapitalizza fuq l-iżball tal-goalkeeper Saad Al Sheeb, iżda b’xorti ħażina għal Ekwador ir-referee Daniel Orsato ħassar il-gowl wara li kkonsulta mall-VAR. Ekwador irnexxilhom isibu l-gowl minn penalty mogħti mill-istess ENNER VALENCIA wara li Al Sheeb ikkommetta foul fuq l-istess plejer. ENNER VALENCIA reġa’ kien il-protagonist għall-Ekwador meta fit-32 minuta sab ix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ras minn kross ta’ Preicado. B’dan il-gowl Enner Valencia huwa uffiċċjalment l-aqwa skorer tal-Ekwador fit-Tazza tad-Dinja kollha, b’ħames gowls f’żewġ edizzjonijiet tal-kompetizzjoni, kif ukoll huwa l-plejer li skurja l-aħħar ħames gowls tal-Ekwador fit-Tazza tad-Dinja, b’tlieta minhom jaslu fl-2014. Qatar kellhom l-ewwel azzjoni denja ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Almoez Ali rnexxielu jiżmarka ruħu mid-difiża Ekwadorjana u prova jikkonkludi ġol-lasta permezz ta’ daqqa ta’ ras, iżda l-attakkant Qatari tefa’ barra.
Fit-tieni taqsima Ekwador komplew jattakkaw u komplew ifittxu sabiex jiskurjaw iżjed, hekk kif fil-55 minuta Ibarra kien vicin li jiskurja t-tielet gowl sab lil Al Sheeb li salva tajjeb. Kien imiss lill-Qatar li ġew viċin il-gowl meta Mohammed Muntari prova jegħleb lil Galindez permezz ta’ xutt angolat minn barra l-kaxxa iżda l-goalkeeper laqa’ tajjeb. Ekwador ikkontrollaw l-andament tat-tieni taqsima fejn żammew il-ballun f’saqajjhom u komplew jipprovaw jiskurjaw, iżda d-difiża ta’ Qatar irrispondiet tajjeb, madankollu fl-attakk ma’ rnexxilhomx jinkwetaw lill-Ekwador li rebħu l-ewwel partita tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja.
B’dan ir-riżultat Ekwador kisbu tlett punti kruċjali għal kwalifikazzjoni, speċjalment meta l-logħba li jmiss hija kontra l-Olanda, li mhux biss huma favoriti li jirbħu l-grupp iżda wieħed mill-favoriti li jasal sal-finali. Għall-Qatar minn naħa l-oħra se tkun diffiċli ferm meta tqies l-avversarji li jonqoshom jilagħbu magħhom, l-Olanda u s-Senegal.
//= $special ?>