Il-Ħadd waranofsinhar Net News kellu l-opportunità li jżur wirja ta’ arti bl-isem ta’ “Normal Deviance” li qed tittella’ fl-Isla mill-artisti Nancy Abela u Mark Schembri.
Wirja ta’ arti ta’ pitturi mnebbħa minn esperjenzi tal-ħajja tal-artisti u episodji li għaddejna minnhom fi żmien il-pandemija, l-artisti tkellmu magħna dwar dak li ispirahom biex għamlu dawn il-pitturi.
“Jien il-ħarsa tiegħi hija dejjem introspettiva lejn il-ġewwieni, u dak li jispirani huwa dak li nkun għaddej minnu u kif il-moħħ jipproċessa dak li nkun għaddej minnu. Illum sirt gwida għal dak li jkunu għaddew jew għaddejjin minn trawma u esprimejt dak li fuq kollox niltaqa’ miegħu ta’ kuljum tul il-ħidma tiegħi”
Nancy Abela qalet magħna kif dis-sena fil-pittura tagħha hemm anki l-poeżija.
“Għal din l-eżebizzjoni użajt ħafna il-collage, fl-aħħar wirja kelli poeżija tiegħi ħdejn il-pittura, din id-darba għandi pitturi li fihom hemm il-poeżija li jien ktibt”
Mark Schembri kellimna dwar il-proċess li wettaq biex jibda jwettaq il-pittura.
“Il-pandemija ħalliet l-effett fuqi, l-impatt li ħalliet fuqi, kont immur il-Belt Valletta, u Strada Rjalai u Stada Merkanti, żmien il-pandemija kulħadd imdejjaq, kollox ma kollox iżda kont ninnota l-buskers speċjalment, il-busker u l-istreet artist li qed jippruvaw jagħtu dawl lill-ħajja, kulħadd għaddej imdejjaq minħabba l-pandemija, u dan kollu pruvajt noħorġu fil-pittura, u dak li qed nuri f’din il-wirja”
Huwa qal magħna li dejjem kif fil-pittura jirnexxilu joħroġ l-identità tiegħu.
“Dak kollu li nagħmel se jgħidlhom dak kollu li hu Mark, dak li hu llum, għada jaf ikollna Mark differenti”
Il-wirja għandha għaddejja sal-1 ta’ Diċembru u qed tittella’ fl-Art by the Seaside fl-Isla.
//= $special ?>