Kważi 200 pajjiż laħqu ftehim importanti biex iniedu fond sabiex jgħinu lin-nazzjonijiet l-aktar milquta mit-tibdil fil-klima.
Fi tmiem il-COP27, fl-Eġittu, il-pajjiżi qablu li jfasslu dan il-fond storiku – qbil li ġie milqugħ b’applawż kbir eżatt malli ġie approvat wara li n-negozjati baqgħu għaddejjin sa tard bil-lejl.
Il-ftehim huwa bbażat fuq il-kwistjoni ewlenija ta ‘”loss & damage” – li jirreferi għall-finanzjament tal-pajjiżi milquta mill-effetti tat-tibdil fil-klima
Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti António Guterres qal li l-ftehim huwa “sinjal politiku li kien tant meħtieġ”, iżda wissa illi huwa ċar li dan mhux se jkun biżżejjed.
Id-dinja issa hija madwar 1.1 gradi aktar sħuna milli kienet fis-seklu 19 – u l-ammont ta’ karbonju fl-atmosfera żdied b’50% Jekk ma jsir xejn, ix-xjenzati qed jgħidu li s-sħana globali tista’ twassal għal mewġiet ta’ sħana devastanti, żieda fil-livell tal-baħar u telf ta’ diversi speċi ta’ pjanti u annimali.
//= $special ?>