Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Morgan Freeman u Jeon Jungkook jispikkaw f’ċerimonja tal-ftuħ mill-isbaħ

(Ritratt: EPA)

Siegħa w nofs qabel il-bidu tal-partita inawgurali bejn Qatar u Ekwador saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ fejn rajna serata mimlija diversità u nostalgija.

Fl-Al Bayt Stadium, iċ-ċerimonja bdiet permezz ta’ intervent ta’ l-awtur Morgan Freeman fejn kellu diskussjoni ma’ persuna Qatari fejn urew id-diversita’ u r-rispett li għandhom bejniethom. Iċ-ċerimonja mbagħad kompliet permezz ta’ spetaklu ta’ mużika u dawl akkumpanjati mill-bnadar tat-timijiet li ser jieħdu sehem fil-kompetizzjoni.

Fit-tieni parti tal-parata rajna lill-kantant Jeon Jungkook jagħmel prestazzjoni vibranti. Il-kantant, li jagħmel parti mill-grupp tal-Kpop BTS, kanta l-kanzunetta uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 2022 ‘Dreamers’.