Fis-seba’programm SPORT EXTRA li se jixxandar illum mill-5.15 pm ‘l quddiem fuq Net Television ,bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli fl-ewwel parti tal-programm enfażi dwar dak li seħħ sa issa fl-istaġun tar-rugby lokali u l-impenji internazzjonali tat-timijiet nazzjonali. Mistieden fil-programm ROBERT PORTELLI – President tal-Malta Rugby Football Union
Fit-tieni parti servizz dettaljat b’rabta mal-Malta International Darts Open. Mistieden il-President tal-Malta Darts Association RODERICK ZAMMIT kif wkoll uħud minn dawk li kienu protagonisti fosthom BRADLEY ZERAFA, fil-paraDarts , AURORA FOCHESATO rebbieħa tal-Youths Masters, ALTHEA CIANTAR semi finalista fil-Women Pairs, u MATTI SATARIANO finalist kemm fil-Youths Masters kif wkoll fil-Youths Open.
Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana
//= $special ?>