Rowen Camilleri
MALTA………………0
IRLANDA…………..1
Malta: H. Bonello, J. Borg, R. Camenzuli, F. Apap (K. Shaw 73’), M. Guillaumier, J. Mbong, E. Pepe, A. Satariano (L. Montebello 73’), T. Teuma (K. Nwoko 88’), B. Kristensen (D. Vella 20’). (S. Pisani 52’), J. Jones (L. Gambin 66’)
Irlanda: C. Kelleher, S. Coleman, M. Doherty, J. Egan, J. Cullen, C. Robinson (M. Sykes 85’), A. Browne (J. Hendrick) 66’), J. McClean (C. O’Dowda 66’), N. Collins, J. McGrath, C. Ogbene (I. Ferguson 77’)
Imwissija: N. Collins 48’ (I), E. Pepe 51’, R. Camenzuli 90+2 (M)
Skorjaw: C. Robinson 55’ (I)
Referee: Chrysovalantis Theouli
Assistenti Referees: Ioannis Lazarou u Marios Dimitriadis
Fit-tieni partita ta’ ħbiberija f’perjodu ta’ erbat ijiem, it-tim nazzjonali Malti sofra telfa minima ta’ 1-0 kontra l-Irlanda b’gowl li wasal minn żball u nuqqas ta’ attenzjoni. Madankollu, meta wieħed iqies il-qawwa tat-tim Irlandiż, il-prestazzjoni tat-tim Malti kienet waħda sodisfaċenti u għalkemm ma ħloqniex wisq azzjonijiet ma sofrejniex wisq attakki mill-avversarji.
L-ewwel periklu wasal mill-Maltin wara 11-il minuta meta Satariano ħarab max-xellug u qassam lejn Jodi Jones li wara li avvanza prova xutt fil-baxx iżda kien xi ftit fjakk u spiċċa f’idejn il-goalkeeper ta’ Liverpool Kelleher. Fit-28 minuta McGrath approfitta minn żball difensiv tal-Maltin u rebaħ ballun f’tarf il-kaxxa iżda l-konklużjoni tiegħu tmur barra. Fit-43 minuta ċans tad-deheb għall-Irlanda meta Doherty fil-kaxxa tefa’ ballun lejn Browne li minn taħt Bonello żbalja x-xutt tiegħu u b’xorti tajba għall-Maltin tefa’ barra. Din kienet l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima biż-żewġ timijiet jidżlu jistrieħu fi draw ta’ mingħajr gowls.
Fit-tieni taqsima l-Maltin dehru organizzati bħal ma’ kienu fl-ewwel 45 minuta iżda fil-55 minuta l-Irlandiżi fetħu l-iskor meta Matthew Guillauier żbalja passaġġ lura bil-plejer ta’ Cardiff CALLUM ROBINSON jieħu l-ballun u wara li qabeż lil Henry Bonello tefa’ f’lasta vojta u poġġa lil Irlanda 1-0 minn fuq. Fit-80 minuta s-sostitut Steve Pisani rrepeta l-iżball li qlajna l-gowl minnu u qassam lejn l-istess Robinson li minn tliet kwarti ta’ ground prova jqabbeż il-ballun minn fuq Bonello iżda l-goalkeeper ta’ Ħamrun Spartans induna bl-intenzjonijiet tal-plejer Irlandiż u laqa’ faċilment. Fis-87 minuta l-Irlandiżi marru viċin meta s-sostitut O’ Dowda rnexxilu jidħol fil-kaxxa Maltija u minn qagħda angolata minkejja li ssikat minn Joseph Mbong ra l-konklużjoni tiegħu taħbat ma’ sieq il-lasta. L-iskor sat-tisfira finali baqa’ dak ta’ 1-0 favur l-Irlanda bil-Maltin għal darb’oħra joħorġu mill-pitch b’rashom mgħollija.
//= $special ?>