Lokali

Fashion Show għal tfal b’abbiltajiet differenti

I believe in Me…fashion show li sar il-Ħadd waranofsinhar u kien imħejji mill-Fondazzjoni Smiling with Jerome sabiex iferrħu lit-tfal kif ukoll żgħażagħ li għandhom mard rari jew b’abbiltajiet differenti.

Din l-inizjattiva ilha għaddejja sa mill-2018 sabiex iqajmu għarfien u pożittivita’ fost it-tfal kollha. Barra minn hekk, dan huwa l-ewwel fashion show wara li kellu jieqaf minħabba l-pandemija.

Net News tkellem ma’ Josette Frendo li hija l-fundatur ta’ Smiling with Jerome fejn spjegat għalfejn issir din l-attivita’ annwali. Hija qalet li din mhijiex kompetizzjoni għaliex f’dan il-fashion show kulħadd huwa rebbieħ u għalhekk it-tfal wara din l-attivita’ se ngħataw midalja.

Fil-bidu ta’ din l-attivita’ Josette Frendo għamlet appell sabiex dawn it-tfal jingħataw l-opportunitajiet kollha possibli u ma jkunux mċaħħda minn dawn l-opportunitajiet għaliex huma differenti.

Hija qalet li din il-fondazzjoni qed taħdem sabiex dawn it-tfal ikollhom ħajja aħjar fejn hija tenniet li saħansitra joħorġu għadd ta’ fondi sabiex diversi proġetti jsiru realtà.