Sport Sport Ieħor

Futsal: Swieqi fil-quċċata b’rebħa fuq St. George’s

Swieqi United telgħu fl-ewwel post tal-klassifika fil-Kampjonat tal-Futsal hekk kif huma għelbu lil St. George’s 4-1. Ta’ min jgħid li ċ-champions Luxol għandhom logħba nieqsa minħabba li ma lagħbux hekk kif jinsabu mpenjati fil-UEFA Futsal Champions League. Huma kellhom jilagħbu kontra Żurrieq li ovjament issa huma wkoll għandhom logħba nieqsa.

Swieqi marru 3-0 minn fuq bil-Bormliżi jnaqssu d-distakk, iżda dan ma kienx biżżejed hekk kif Swieqi ssiġillaw ir-rebħa bir-raba’ gowl lejn l-aħħar.

Il-gowls ta’ Swieqi waslu minn Justin Theuma, Fabrizio Zammit, Emerson Molina u Dylan Pace filwaqt li Jovika Milijic skorja l-uniku gowl ta’ St. George’s.

L-Università ta’ Malta għelbu lil Marsaskala 8-1 sabiex laħquhom fil-klassifika ġenerali hekk kif issa għandhom sitt punti.

Żewġ doppjetti minn Steven Camilleri u Jean Noel Azzopardi u gowl kull wieħed minn Aaron Montebello, Shataizan Zarb, Dale Valletta u Mohammed Elmari taw ir-rebħa għall-Universitarji. Ishmael Tabone skorja l-gowl ta’ Marsaskala.

Fl-aktar logħba missielta Fgura għelbu lil Malta U19 bl-iskor ta’ 4-2. Artem Mitielov, Sebastian Nayar, Nathan Sammut u Antoine Barbara skorjaw għal Fgura filwaqt li Collin Sammut u Deyan Pace niżżlu isimhom fost l-iskorers għal Malta U19.

KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE

Swieqi 12, Żurrieq, Luxol, St George’s, Ta’ Xbiex 9, Marsaskala, L-Universita’ ta’ Malta, Fgura 6, Malta Veterans, Malta U19 0