GRUPP B – INGILTERRA V IRAN
Illum fis-14:00 l-Ingilterra ser jaffrontaw lill-Iran f’dik li hija l-ewwel partita minn Grupp B fil-kompetizzjoni. L-Ingliterra, mmexxija minn Gareth Southgate, huma meqjusa bħala wieħed mit-timijiet favoriti għal din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja u rebħa kontra l-Iran tkun tfisser li jibdew fuq sieq tajba f’din il-kompetizzjoni. L-Iran ġew l-ewwel fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni fejn f’għaxar logħbiet kull ma sofrew telfa waħda li waset kontra l-Korea t’Isfel li temmew fit-tieni post tal-grupp.
Plejer li jista’ jagħmel id-differenza kollha għall-Ingliżi huwa bla dubju l-captian u attakkant prolifiku Harry Kane. In-numru 9 tat-tim Ingliż huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar attakkanti prolifiċi u ta’ kalibru fid-dinja tal-futbol. Kane, li spiċċa bħala l-aqwa skorer fl-aħħar Tazza tad-Dinja, jittama li jista’ jerġa’ jikseb dan l-unur pemezz ta’ bidu tajjeb kontra l-Iran. Fil-kamp l-ieħor, Mehdi Taremi huwa meqjus bħala wieħed mill-aħjar plejers Iranjani li jilgħab fl-Ewropa. Taremi li bħalissa jilgħab ma’ Porto fil-Portugall, skurja 6 gowls u kiseb 5 assists fi 13-il logħba tal-kampjonat Portugiż. Taremi, kien ukoll kruċjali għall-Iran fil-fażi tal-kwalifikazzjoni fejn sab ix-xibka erba’ darbiet biex sar l-aqwa skorer fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-pajjiżi Ażjatiċi.
Iran, immexxija minn Carlos Quieroz, ser jikkompetu fit-Tazza tad-Dinja għas-sitt darba u qatt ma qabżu l-fażi tal-gruppi. It-Three Lions minn-naħa l-oħra se jkunu qed jipprovaw ikomplu jibnu fuq fejn ħallew fl-aħħar Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn irnexxilhom jaslu sas-semi finali fejn eventwalment inqalgħu kontra l-Kroazja. L-għan tat-tim Ingliż huwa li jerġa jirbaħ it-Tazza tad-Dinja wara nuqqas ta’ 56 sena fejn l-aħħar u l-ewwel darba li rebħu din il-kompetizzjoni prestiġjuża kien f’darhom fl-1966 kontra l-Ġermanja li dak iż-żmien kienet meqjusa bħala l-Ġermanja tal-Punent.
//= $special ?>