Żewġ atturi nisa prominenti spiċċaw arrestati wara li taw l-appoġġ, pubblikanent, lid-dimostrazzjonijiet tal-massa li għaddejjin bħalissa kontra l-Gvern Iżlamiku fundamentalista.
L-atturi — Hengameh Ghaziani and Katayoun Riahi – qed ikunu akkużati dwar kooperazzjoni u sehem f’azzjonijiet kontra l-interessi tal-Istat u l-awtoritajiet Iżlamiċi f’Tehran. Dan wara li ż-żewġ nisa kienu dehru fil-pubbliku mingħajr il-hijab ( xalla) li n-nisa Iranjani jridu jilbsu bilfors fil-pubbliku bħala ġest ta’ solidarjetà mad-dimostranti.
Il-protesti fl-Iran żbruffaw f’Settembru wara li mara, Mahsa Amini, tilfet ħajjitha taħt idejn il-Pulizija Iranjana għall-Ħarsien tal-Moralità li kienu arrestawha talli hi, allegatament, ma kenitx liebsa l-hijab kif suppost.
Mewtha kienet ikkonfermata ftit jiem wara l-arrest u dan ta bidu għal rivoluzzjoni min-nisa Iranjani fost rapporti li Amini kienet spiċċat immaltrattata u msawwta bil-lembubi mill-pulizija.
Sadanittant, l-atturi Ghaziani u Riahi – li flimkien rebħu diversi unuri għal eċċellenza fil-professjoni tagħhom – spiċċaw arrestati fuq l-ordnijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Iranjan. Qabel l-arrest, Hengameh Ghaziani kienet kitbet messaġġ fuq il-media soċjali fejn wissiet li ‘dan seta kien l-aħħar messaġġ tagħha’ u li ‘jiġri x’jiġri hi dejjem se tkun fuq in-naħa tal-poplu Iranjan’.
//= $special ?>

