Sport Tazza Tad-Dinja 2022

L-Oranje jittamaw li jibdew b’rebħa kontra s-Senegal

(Ritratt: EPA)

GRUPP A – SENEGAL V OLANDA

F’partita oħra minn Grupp A is-Senegal ser jaffrontaw lill-Olanda f’dik li hija l-aktar logħba mistennija tal-grupp hekk kif iż-żewġ timijiet huma sfidanti li jirbħu dan il-grupp. L-Olanda huma wkoll meqjusa bħala wieħed mill-iktar skwadri b’saħħithom fil-kompetizzjoni, dan wara li kisbu l-ewwel post fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni b’telfa waħda li waslet fl-ewwel logħba kontra t-Turkija li eventwalmet spiċċaw fit-tieni post. Minn naħa l-oħra s-Senegal, li kull ma’ kkompetew fit-Tazza tad-Dinja kien darbtejn, kellhom triq naqra iktar diffiċli sabiex jikkwalifikaw, hekk kif kellhom jegħlbu lill-Eġittu bil-penalties wara li temmew fit-tieni post fil-grupp tagħhom.

B’xorti ħażina, s-Senegal mhux ser ikollhom lill-aktar plejer importaniti tagħhom Sadio Mane. L-attakkant ta’ Bayern Munich weġġa meta kien qiegħed jilgħab mal-klabb tiegħu, madankollu l-kowċ tas-Senegal Aliou Cisse xorta ddeċieda li jagħżlu mas-26 plejer li ħa miegħu għal-kompetizzjoni. L-eks kollega tiegħu ma’ Liverpool Virgil Van Dijk ser jikkompetti fl-ewwel kompetizzjoni ta’ dan il-livell wara li tilef it-Tazza tad-Dinja tal-2018 minħabba li l-Olanda ma kkwalifikawx kif ukoll tilef il-EURO 2020 minħabba injury. Van Dijk bla dubju għandu l-kwalitajiet u t-talent bżonnjuż sabiex jgħin lill-Olanda jirbħu l-ewwel Tazza tad-Dinja tagħhom.

L-Olanda jridu jinsew ir-rekord ikraħ li għandhom ta’ l-iktar tim li lagħab finali mingħajr ma qatt kiseb rebħa filwaqt li s-Senegal ser jipprovaw itejbu l-prestazzjoni tagħhom minn dik li urew fl-2018 fejn inqalgħu fil-fażi tal-gruppi.