Il-paġna ta’ facebook Replay(Net Television) żvelat li l-announcer storiku ta’ Stadio San Siro se jakkumpanja lill-kontinġent ta’ Inter f’Malta, u se jkun l-announcer tal-logħba ta’ ħbiberija kontra Gzira United Football Club.
Din il-paġna tista’ tikkonferma li Mirko Mengozzi se jkun f’Malta, fuq inizjattiva ta’ Gzira United F.C u se jkompli jżid mal-esperjenza indimentikabbli tal-partitarji Interisti u tal-Maroons f’Malta. Hu ntagħżel bħala l-announcer ta’ din il-logħba.
Inter mistennija jaslu f’Malta b’kontinġent imdaqqas sew, tant li l-indikazzjonijiet huma li se jaslu mal-75 persuna għal dan il-kamp ta’ taħriġ, bejn plejers, staff tekniku u staff ieħor li se jakkumpanja lill-iskwadra f’din l-esperjenza f’pajjiżna.
Il-logħba se ssir nhar il-5 ta’ Diċembru fit-Tony Bezzina Stadium, fis-18:00, u għad fadal biss l-aħħar ftit biljetti, li qed jinbiegħu mill-Inter Club Malta.
//= $special ?>