Fl-20 anniversarju mill-FIAU ġiet ippreżentata strateġija għal din l-entita għall-4 snin li ġejjin.
Għaxar snin ilu, l-FIAU kellha biss 13-il impjegat b’budget ta €380,000 iżda issa din l-entita’ għandha ammont kbir ta’ ħaddiema u budget ta 11-il miljun ewro u nofs.
Waqt din il-preżentazzjoni intqal li l-FIAU implimentat il-maġġoranza tal-obligazzjonijiet legali sabiex jimxu skont ir-regolamenti tal-FATF. Din l-entita qalet li mexjin fid-direzzjoni t-tajba b’mod speċjali hekk kif pajjiżna ħareġ mill-lista l-griża f’qasir żmien.
L-għan tal-FIAU hu li tkompli tikkumbatti l-ħasil tal-flus kif ukoll tipproteġi r-reputazzjoni ta’ malta għalkemm pajjiżna għadda minn żmien diffiċli riċentament.
Huma saħqu li aġġornaw il-viżjoni tal-FIAU kif ukoll l-għanijiet sabiex jassiguraw s-sostenibbilita’. Barra minn hekk, se tkompli l-ħidma mal-komunita’ tan-negozji kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali.
Din l-istrateġija hija mibnija fuq sitt pilastri, filwaqt li ġiet żviluppata b’mod intern – jiġifieri ma kienx hemm għajnuna minn esperti barranin.
Dawn is-sitt pilastri jassiguraw komunikazzjoni effettiva fuq livell internazzjonali, il-ġenerazzjoni għal intelliġenza finanzjarja, komunikazzjoni u koordinazzjoni effiċjenti bejn l-impjegati fost affarijiet oħra.
L-għanijiet li l-entita se tkompli taħdem fuqhom għandhom jgħinu lill-FIAU tkompli tikber fil-futur u tagħti kontribut akbar lill-ekonomija ta’ pajjiżna.