L-Iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenitur tax-Xorb laħqet il-miljun kontenitur tax-xorb tat-tip single-use miġbur għar-riċiklaġġ fl-ewwel ftit jiem. Dan kien konfermat fi stqarrija maħruġa minn BCRS Malta Ltd.
F’kumment dwar ir-riżultati, il-Kap Eżekuttiv ta’ BRCS Malta Ltd, l-Inġ. Edward Chetcuti nnota li: “Ir-rispons pożittiv tal-pubbliku u r-rata għolja ta’ parteċipazzjoni qed tikkonferma l-għażla li jiġi adottat il-mudell ta’ Skema ta’ Depożitu ta’ Rifużjoni li jippromwovi u jinkoraġġixxi qafas ta’ responsabbiltà kollettiva kondiviża li fl-aħħar mill-aħħar jirriżulta f’ambjent Malti aktar nadif u ekoloġiku. Ninsabu mimlijin kuraġġ bis-sehem tal-komunità biex jirritornaw kontenituri vojta għar-riċiklaġġ. L-40 tunnellata ta’ kontainers vojta miġbura minn madwar Malta u Għawdex kollha, fi ftit inqas minn 7 ijiem, issa qed jiġu magħżula fil-Clearing Centre tagħna bi tħejjija għar-riċiklaġġ, biex fl-aħħar mill-aħħar jerġgħu jintużaw biex isiru kontenituri tax-xorb ġodda.
Fil-jiem li ġejjin, BCRS Malta ser tinstalla aktar Reverse Vending Machines (RVM) f’ċertu lokalitajiet, kif ukoll tkompli ssaħħaħ il-loġistika ġenerali. Dan hekk kif qed nibnu fuq dan it-tragward importanti tal-1 miljun flixkun miġbur billi nistinkaw sabiex inkomplu ntejbu l-effiċjenza ta’ din is-sistema bil-ħsieb li nimminimizzaw l-inkonvenjent ħalli flimkien nitgħallmu modi ġodda ta’ riċiklaġġ.
//= $special ?>