Sport

Snooker: Mark Allen iwettaq rimonta u jirbaħ il-UK Championship

Il-plejer Irlandiż Mark Allen huwa ċ-champion il-ġdid tal-UK Championships wara li l-Ħadd għeleb liċ-Ċiniż Ding Junhui 10-7.

Ding, li għeleb lin-numru wieħed tad-dinja Ronnie O’ Sullivan fil-kwarti tal-finali, beda tajjeb ħafna fejn saħansitra kien 6-1 minn fuq iżda Allen wettaq reazzjoni u ġab l-iskor indaqs bir-rebħ ta’ ħames frames infila. Kien f’dan il-mument li l-istorja nbidlet hekk kif l-Irlandiż rebaħ anke ż-żewġ frames ta’ wara biex mar 8-6 minn fuq. Ding rebaħ il-frame ta’ wara hekk kif għamel break ta’ 105 iżda Allen reġa rebaħ żewġ frames oħra biex b’hekk sar champion tal-UK Championship bi skor finali ta’ 10-7.

Dan kien it-tieni suċċess għal Allen din is-sena hekk kif ix-xahar li għadda rebaħ in-Northern Ireland Open meta fil-finali rebaħ ukoll kontra Ċiniż, din id-darba kontra Zhou Yuelong 9-4