Sport Sport Ieħor

Sparar: Magħrufa r-rebbieħa tal-Cup Winners’ Cup Trap Event

Nico Sciberras, Anglu Ciappara u Aidan Jo Desira kienu r-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Cup Winners’ Cup Trap Event fil-klassijiet rispettivi tagħhom.

Wara r-rawnds ta’ kwalifikazzjoni, l-aqwa żewġ tiraturi mill-Klassijiet A, B u Ċ kellhom konfront dirett fir-rawnd finali ta’ 25 mira minn xutt wieħed.

Fi Klassi A, kien Nico Sciberras li rebaħ fuq Ryan Bugeja bl-iskor ta’ 18/25 għal 16/25.

Anglu Ciappara ħareġ minn fuq fi Klassi B meta għeleb lit-tiratur veteran Frank Scorfna bl-iskor ta’ 21/25 għal 16/25.

Fi Klassi Ċ, Aidan Jo Desira, rnexxielu fuq Daniel Camilleri bir-riżultat ta’ 20/25 sa 17/25.

L-aqwa tliet shooters fil-klassijiet rispettivi tagħhom ikkonkludew iż-żewġ rawnds ta’ kwalifika tagħhom bil-punteġġi li ġejjin;

Klassi A:

1. BUGEJA Ryan 42/50

2. VELLA Stephen 41/50

3. SCIBERRAS Nico 41/50

Klassi B:

1. Frank Scorfna 39/50

2. Anglu Ciappara 38/50

3. Johan Xuereb 37/50

Klassi C

1. CAMILLERI Daniel 36/50

2. DESIRA Aidan Jo 35/50

3.BALDACCHINO Hubert 31/50

Il-Kalendarju tal-MSSF Shotgun 2022 jiġi fi tmiemu nhar is-Sibt 26 u l-Ħadd 27 ta’ Novembru 2022 biċ-Champion of Champions Trophy. Din il-kompetizzjoni se ssir fil-Malta National Shooting Ranges.