Internazzjonali

UKRAJNA: 400 attakk fuq il-Lvant tal-pajjiż

Matul il-jum tal-Ħadd, l-armata Russa ibbumbardjat 400 darba il-Lvant tal-Ukrajna. Dan hekk kif mhi taqta’ xejn l-aggressjoni minn naha tal-Kremlin, specjalment fiz-zona ta’ Nikopol illi intlaqtet minn diversi missili.

L-awtoritajiet fi Kiev qed jiddeskrivu dawn l-attakki l-ġodda bħala atti ta’ terroriżmu fuq il-poplu. Specjalment wara li l-Ukreni irnexxielhom jimbuttaw lir-Russi ‘il barra minn Kherson – telfa li sal-lum għadha waħda morra immens għal Vladimir Putin.

Issa għaddiet ġimgħa minn mindu s-suldati ta’ Zelensky daħlu lura fit-toroq ta’ Kherson, u reġgħet feġġet il-bandiera Ukrena. U għalkemm ir-residenti għadhom bla dawl, u mingħajr provvista ta’ ilma – huma ħadu lura l-libertà li kienu tilfu f’Marzu li għadda.