Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Żewġ gowls fit-tieni taqsima jagħtu rebħa lill-Olanda fuq is-Senegal

(Ritratt: EPA)

SENEGAL ……………..0

OLANDA ………………2

Fit-tieni partita minn Grupp A l-Olanda kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq is-Senegal biex bdew din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja b’rebħa. Dan huwa wkoll ir-ritorn tal-Olanda fit-Tazza tad-Dinja wara li dawn kienu naqsu milli jagħmluha għall-edizzjoni tal-2018 fir-Russja.

B’bidu mill-aktar enerġetiku iż-żewġ timijiet ħolqu diversi okkaażjonijiet ta’ skor iżda ftit li xejn kienu perikolużi lejn il-lasti avversarji. Fit-33 minuta ċans għas-Senegal meta x-xutt ta’ Youssouf Sabaly kien salvat tajjeb mill-goalkeeper Olandiż Andries Noppert

L-Olanda fetħu l-iskor fil-85 minuta meta Frenkie De Jong irċieva l-ballun u bi cross preċiż sab lill-midfielder ta’ PSV Cody Gakpo li bir-ras laħaq qabel il-goalkeeper Edouard Mendy u xeħet fix-xibka għal 1-0.

Bi tmien minuti mogħtija fuq il-ħin l-Olanda skorjaw it-tieni gowl tagħhom, meta minn kontrattakk veloċi ix-xutt ta’ Memphis Depay kien parzjalment salvat minn Edouard Mendy, b’ Davy Klaassen jitfa’ fix-xibka mill-viċin għal 2-0.