Futbol Sport

Cristiano Ronaldo jħalli lil Manchester United

(Ritratt: EPA)

Manchester United għadhom kif ħabbru li bi ftehim reċiproku Cristiano Ronaldo se jħalli ll-klabb b’effett immedjat.

Il-klabb irringrazzjah għall-kontribut tiegħu f’żewġ perjodi f’Old Trafford, fejn skorja 145 gowl f’346 dehra, u awgura lilu u lill-familja tiegħu għall-futur.

L-istqarrija tkompli tgħid li Manchester United jibqgħu iffukati biex ikompli l-progress tat-tim taħt Erik ten Hag u kulħadd se jkompli jaħdem flimkien biex it-tim jikseb suċċess fil-pitch.

Minn naħa tiegħu fi stqarrija separata Ronaldo kkonferma li laħaq ftehim biex il-kuntratt tiegħu mar-Red Devils jintemm. Huwa qal li hu jħobb lil Manchester United u lis-supporters u li din qatt mu ser tinbidel filwaqt li stqarr li issa huwa ż-żmien opportun li jfittex avventura ġdida.

F’din it-tieni esperjenza tiegħu ma’ Manchester United Ronaldo lagħab 40 darba u skorja 19-il gowl.