Lokali Parlament

Edward Scicluna ‘ma kienx jaf u ma daħalx fil-maħfra’ ta’ €40 miljun f’taxxi lill-Electrogas

L-ex Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna iddikjara quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) li ma kienx jaf u ma daħalx fil-każ tal-maħfra ta’ €40 f’taxxi lill-konsorzju Electrogas fil-każ tal-power station.

Quddiem il-PAC, l-ex Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li m’għandux aċċess għad-dokumenti ħlief għal dawk li huma pubbliċi. Hu sostna li huma l-ministeri i huma responasbbli kif jimplimentaw il-budget.

Edward Scicluna qal li l-Ministeru tal-Finanzi kien daħal fil-każ meta l-Kabinett kien talbu biex jagħti garanzija bankarja. L-ewwel mistoqsija kienet jekk il-proġett kienx ta’ importanza tal-pajjiż; “illum ħadd m’għadu jiddubita mill-importanza ta’ dan il-proġett”.

L-ex Ministru tal-Finanzi qal li l-Enemalta offriet li tixtri l-enerġija minnq qabel biex l-investituri jitħajru jidħlu għal dan is-settur. Dan sar fuq formola li kienet maqbula; il-Ministeru tal-Finanzi ma kienx involut.

L-Enemlat għaddiet minn żminijiet li ma kinux feliċi iżda rkurpat ftit għalkemm ma tistax tgħid x’se jseħħ fil-passat, sostna l-ex Ministru tal-Finanzi, li kompla li mingħajr il-garanzija l-privat ma kienx se jidħol għal dan l-investiment.

Edward Scicluna kompla li l-Kummissjoni Ewropea rat li dawn il-ftehim kienu tajbin iżda t-talba mill-Gvern Malti saret tard. L-approvazzjoni ġiet f’Diċembru 2016 u tħabbret f’Jannar 2017; Sa dakinhar il-gvern ma setgħax jagħti dik il-garanzija qabel din tkun approvata mill-Kummissjoni. L-għażla tal-gvern kienet li jew jistenna sa Jannar 2017 jew jipprovdi garanzija mill-bank sakemm toħroġ l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Dwar l-ammont ta’ €360 miljun bħala garanzija li bdiet minn €80 miljun, Edwrad Sciclina qal li dan jammonta għal 80% tal-€450 mijun minħabba li l-proġett beda jikber u kien hemm bżonn li jsir self.

Il-Gvern ma setax joffri dik il-garanzija iżda xtaq li jibda l-proġett minnufih minħabba li kienet wiegħda elettorali, sostna l-ex Ministru tal-Finanzi, li kompla li l-Gvern ħa r-riskju li jmur għad-deċiżjoni wara li beda l-proġett. Dan jimplika li l-banek ma kinux lesti jisilfu lill-Electrogas qabel tingħata approvazzjoni lit-talba tal-Gvern iżda kienu lesti jagħmel self temporanju jekk il-gvern jagħmel bridge loan.

Edward Scicluna qal li l-garanzija bankarja hi essenzjalment estenzjoni tal-garanzija fis-Security Supply Agreement. Fid-9 ta’ Diċembru 2014 il-kabinett awtorizza lill-Ministeru tal-Finanzi li jipprovdi din il-garanzija u li jidher għall-gvern. Il-Ministeru ried jitratta ta’ sitt timijiet ta’ avukati; wieħed minn kull bank, l-Electrogas u l-Gvern.

L-ex Ministru tal-Finanzi kompla li l-approvazzjoni mill-SAMB ġiet fid-19 ta’ Diċembru 2014 għal self ta’ €88 miljun. Hu qal li kien insista li tingħata konferenza tal-aħbarijiet meta l-garanzija telgħet għal €360 miljun. Edward Scicluna kompla li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma damitx ħafna biex waslet.

Meta tkellem dwar il-qafas, l-ex Ministru tal-Finanzi qal li l-garanzija hi għajnuna mill-Istat li tirrikjedi kumpens mill-operatur u sostna li l-gvern dejjem ta garanzija lill-parastatali. M’hemm xejn kontra d-direttiva tal-UE li gvern ma jistax jagħti garanziji lill-privat; fil-fatt il-gvern jagħti ħafna garanzija fuq djar u lill-EIB għall-istudenti u l-SMEs. Dwar ir-riskju tal-bridge loan, Edward Scicluna qal li saru ħafna laqgħat biex il-gvern ikollu l-garanziji hu.

L-ex Ministru tal-Finanzi qal li kien hemm Securtiy of Supply Agrrment ma’ SOCAR li twaqqaf f’Diċembru 2017 għaliex ma kien hemm bżonnu iktar. Edward Scicluna sostna li bħala Ministru tal-Finanzi ma kienx jaf b’dan il-ftenim mas-SOCAR.

Hu qal li għal-Kummissjoni Ewropea (KE) l-għajnuna mill-Istat kienet ‘unlawfull’ għax ġiet tard wara li l-proġett kien inbeda. “Din kienet għaġġla… fil-budget kienet wiegħda u saret allokazzjoni lid-djar u lid-ditti li kienet qed iġġib vantaġġi li l-gvern se jieħu minn dan il-proġett”, sostna l-ex Ministru tal-Finanzi, li kompla li minkejja kollox il-power station ħadet iż-żmien tagħha.

Edward Scicluna kompla li dawk kollha li daħlu għall-proġett kollha stennew li l-gvern kien se joffri garanzija. L-applikazzjoni għall-garanzija saret biss li ‘iva se jkun hemm’.

L-Electrogas ħabbru li kienu rebħu l-offerta għall-power station kien fl-2013 iżda l-Gvern daħal garanti f’nofs l-2014.

Hu qal li l-parir tal-Ministeru tal-Finanzi lill-gvern kienet biex jinħġieb l-approvazzjoni mingħand il-KE biex jibqa’ immedjatament u għalhekk kellu jġib il-bridge loan.

Jirriżulta li l-Ministru tal-Finanzi insista li l-€40 miljun f’taxxa jibqgħu jitħallsu waqt li l-Enemalta li ddeċiedet li ma timxix f’din il-linja taħfer €40 miljun lill-Electrogas u tagħmel tajjeb għalihom hi. Dwar dan, Edward Scicluna qal li l-interess tal-Ministru kien din it-taxxa tinġabar u sostna li ma kienx daħal f’din il-kwistjoni.

Mhux se nagħti ġudizzju dwar dan, sostna l-ex Ministru tal-Finanzi, li qal li m’għandux din l-informazzjoni. Hu qal li jiftakar li ma jidħolx f’min ħallas dan l-ammont għalkemm jaf li dawn daħlu mill-Enemalta; “lanqas kont żgur…ma kelli l-ebda dokument”. Is-Segretarju Permanenti kienu qallu li kien “sema’” li kien hemm xi side agreement, sostna l-ex Ministru tal-Finanzi. Is-seduta kienet aġġornata u Edward Scicluna se jerġa’ jittella’ jixhed f’seduta oħra.