Fekruna tat-tip loggerhead tħalliet lura l-baħar fil-bajja tal-Ġnejna. Il-fekruna fieqet kompletament wara xi xhur fir-riabilitazzjoni u kura mingħand il-voluntiera tan-Nature Trust’s, Wildlife Rescue Team.
Dan kollu kien possibli bl-għajnuna ta’ Lottoland, li pprovdew impjegat full-time u bl-għajnuna tal-ERA li għamlu ftehim fejn huma jikkontribwixxu għajnuna finanzjarja u regulatorja f’rigward ta’ għajnuna u medikazzjoni veterinarja għal-manutenzjoni ta’ razzez protetti.
Il-President tan-Nature Trust Vincent Attard spjega kif il-fekruna, msemmija Lottoland, nstabet fil-baħar viċin Ħaġar Qim Awwissu li għadda. Il-fekruna nstabet imweġġa u f’qagħda kritika, u sottonutrita minħabba li belgħet fishing line bil-hook.
L-operazzjoni tas-salvataġġ involva sforz ta’ tim ma’ entitajiet differenti fosthom l-ERA u l -għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex tintleħaq żona li aċċessibli biss b’dgħajsa, wara li l-fekruna nstabet f’ stat diżappuntanti mill-pubbliku.
Il-fekruna ġiet rilaxxata min Ira Losco f’isem Lottoland Malta, li mhilux ġeddu l-partnership tagħhom mal-Wildlife Rescue Team waqt l-avveniment innifsu.
Sabiex juru l-importanza tal-protezzjoni tal-ekosistemi uniċi, Lottoland ippreżentaw donazzjoni ta’ €10,000. Din id-donazzjoni se tiffinanzja l-paga tal-ewwel impjegata fill-time, Annalise Pistis.
Ms. Pistis se tkun responsabbli biex tamministra l-medikazzjoni, iżżomm ir-rekordji u tieħu ħsieb l-annimali mweġgħin fiċ-Ċentru ta’ Riabilitazzjoni fil-park tan-natura f’Xrobb l-Għaġin. Dan ser ikun miftuħ għall-pubbliku s-sena d-dieħla, u se jkollu wkoll tank ta’ disgħa metri għad-denfili mweġgħin.
Lottoland kien integrali għas-suċċess tal-Wildlife Rescue Team u diversi NGO’s lokali oħrajn. Huma kkommettew ruhom li jagħtu lura lil kommunitajiet li huma joperaw fihom, u filwaqt ġew irrikonexxuti waqt l-ewwel edizzjoni tal-Malta Business Awards li saru f’ Ottubru li għadda. Il-kumpanija kienet l-ikbar rebbieħa tal-lejl, b’ rebħa ta’ tliet trofej, b’wieħed mit-trofej għall-ewwel post tal-kategorija ‘Exceptional Wellbeing at the Workplace and Carbon Neutral Commitment’ kif ukoll it-tieni post għal ‘Best CSR Initiative’.
“Waħda mill-oġġettivi prinċipji tagħna hi li nsalvaw u nirrabilitaw kemm jista’ jkun fkieren mweġgħin. Bħalissa għandna 12-il fekruna jirċievu trattament, disgħa minnhom li ġew salvati mill-ibħra Maltin din is-sena biss. Il-fkieren spiss jiġu mweġgħin serjament għax jitgħaqdu jew jibilgħu ħmieġ tal-baħar u aġġarat tas-sajd” qal Attard.
“L-għan aħħari tagħna hu li nirrijabilitaw u neħilsu lill-pazjenti mill-iktar fis possibli. Iżda għandna kriterji stretti ta’ rilaxx qabel ma nagħmlu d-deċiżjoni li nibgħatu l-pazjent lura d-dar. Huma jridu jkunu jistgħu jgħumu u jistrieħu fil-qiegħ tat-tank mingħajr problemi, ma jkunux fuq medikazzjoni u li ma jkollom l-ebda infezzjoni, marda jew weġgħa” żied jgħid.
L-inġestjoni tal-plastik u apparat tas-sajd hu komuni ħafna f’kull stadju tal-ħajja tal-fkieren tal-baħar. Ġieli ma jkollomx problemi u ġieli jeħel u jikkawża perorazzjoni intestinali, sepsis, kif ukoll mewt. Din tant kemm hija problema komuni li l-Wildlife Rescue Team ġieli sabu l-plastik f’pazjenti rikoverati u b’saħħitom, anke jekk kienu ddaħħlu għal xi ħaġa kompletament differenti, u kif ukoll xhur wara li jkunu lura fis-selvaġġ.
Kull min jara fekruna tal-baħar mweġġa jew ma tiflaħx, jistgħu jikkuntattjaw il-Wildlife Rescue Team fuq 99999505. Din il-hotline kienet ta’ suċċess u persuni mħarrġin speċjalizzati jistgħu jsibu u jgħinu l-fkieren tal-baħar malajr u b’mod effettiv. It-tim joffri għajnuna sakemm il-membri jaslu fuq il-post fejn jinstabu l-fkieren u jitrasportawom għal-faċilitajiet tagħhom.
//= $special ?>