Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Festa pubblika fl-Arabja Sawdija bis-saħħa tar-rebħa kontra l-Arġentina

(Ritratt: EPA)

L-Erbgħa tħabbret bħala festa ta’ ċelebrazzjoni għall-impjegati u l-istudenti kollha fl-Arabja Sawdija wara r-rebħa kontra l-Arġentina fl-ewwel partita tat-Tazza tad-Dinja.

Ir-Re Salman approva suġġeriment magħmul mill-Prinċep Kururuna Mohammed bin Salman biex il-pajjiż jiċċelebra r-rebħa tat-tim nazzjonali b’festa pubblika.

L-impjegati kollha tas-settur pubbliku u privat u l-istudenti fl-istadji edukattivi kollha se jingħataw btala, filwaqt li l-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li kwalunkwe eżami skedat għall-Erbgħa se jiġi pospost għas-7 ta’ Diċembru.

Saħansitra l-Borża Sawdita Tadawul ħabbret ukoll li se tissospendi l-kummerċ nhar l-Erbgħa u terġa’ tibda nhar il-Ħamis fid-dawl tal-festa pubblika.