Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Franza jibdew jiddefendu t-titlu b’rebħa

(Ritratt: EPA)

FRANZA……………4

AWSTRALJA…….1

Iċ-champions tad-dinja Franza bdew jiddefendu t-titlu b’rebħa ta’ 4-1 kontra l-Awstralja wara li kienu minn taħt b’gowl li sofrew fid-disa’ minuta.

Kien il-plejer ta’ Adelaide United Craig Godwin li tefa lis-Socceroos minn fuq wara li rċieva mingħand Matthew Leckie. Fis-27 minuta il-Franċiżi ġabu d-draw permezz ta’ daqqa ta’ ras tal-midfielder ta’ Juventus Adrien Rabiot minn kross ta’ Theo Hernandez biex fit-32 minuta Franza jmorru fil-vantaġġ. Kien l-awtur tal-gowl tad-draw Rabiot li rnexxielu jidħol fil-kaxxa avversarja u b’pass fil-baxx għamilha faċli għal Olivier Giroud li ma faliex mill-viċin, 2-1 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Il-Franċiżi ħadu l-kmand tal-logħba f’idejhom u fit-68 minuta għamluhom tlieta b’din id-darba kien imiss lil Kylian Mbabbe li minn kross ta’ Dembele bir-ras għeleb lil Matthew Ryan. Les Blues issiġillaw ir-rebħa fil-71 minuta meta minn kross ta’ Mbabbe Olivier Giroud bir-ras għaqqad doppjetta personali b’dan ikun il 51 gowl tiegħu bil-flokk ta’ Franza biex issa laħaq lill-aqwa skorer ta’ kull żmien Thierry Henry