Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Franza jibdew jiddefendu t-titlu kontra l-Awstralja

(Ritratt: EPA)

GRUPP D – FRANZA V AWSTRALJA

Fit-tieni partita minn Grupp D, iċ-champions tad-dinja Franza se jaffrontaw lill-Awstralja fl-Al Janoub Stadium. Fl-aħħar jiem Franza tilfu kemm lil Christopher Nkunku kif ukoll lir-rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb, Karim Benzema, żewġt plejers meqjusa importanti għat-tim ta’ Didier Deschamps. Minkejja dan, Franza xorta waħda huma b’saħħithom u huma fost il-favoriti li jżommu dan it-titlu. Min-naħa l-oħra l-Awstraljani se jkunu qed jittammaw li jwaqqfu s-serje negattiva ta’ eliminazzjonijiet mill-fażi tal-gruppi fl-aħħar edizzjonijiet.