Sport Sport Ieħor

Hockey: Qormi Daikin u Gree Sliema Hotsticks fil-finali taċ-Challenge Cup

Qormi Daikin għaddew għall-finali taċ-Challenge Cup hekk kif fil-logħba deċiżiva għelbu lil Floriana Young Stars bl-iskor ta’ 2-0.

Kienet logħba ferm sabiħa b’Qormi li skorja fl-ewwel u l-aħħar quarter bi Floriana li ppruvaw jiksbu xi ħaġa minn din il-partita iżda l-gowlkiper avversarju kien f’forma mill-aqwa u ċaħħadhom għal diversi drabi.

Kien iż-żagħżugħ Luke Bajada li poġġa lill-Qriema minn fuq fl-ewwel quarter sabiex fl-aħħar kwarta rduppjaw l-iskor permezz ta’ Daniel Ellul.

Qormi Daikin: Shamison Mifsud, Nathan Pace Gasan, Joseph Cuschieri, Clayton Gatt, Luke Bajada, Zachary Degiovanni, Ayrton Falzon, Steve Tanti, Aaron Spiteri, Juan Sarcia, Julian Zahra, Daniel Ellul, Keith Calleja, Axel Cauchi, Kyle Micallef, Luca Callus, Neil Genovese, Luca Fsadni.

Floriana Young Stars: Marvin Grixti, Andrew Camilleri, Mark Camilleri, Luke Borg Costanzi, Leon Gatt, Julian Farrugia, Nathan Zammit, Verner Cachia, Elton Cutajar, Joy Gibson, Karl Chircop, Andrea Curmi, Justin Farrugia, Anton Saliba, Deemer Rapinett, Jimena Otero.

Umpires: Shawn Mifsud, Glen Bonello

Qormi se jilagħbu kontra GREE Sliema Hotsticks li f’logħba oħra minn din il-kompetizzjoni ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil White Hart 8-0.

Kif jindika l-iskor, is-Slimiżi ddominaw il-partita mill-bidu sal-aħħar u kienu motivati li jiskorjaw sabiex jgħaddu għall-finali minħabba d-differenza tal-gowls.

Ryan Dalli u Christ Agius skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Alessandro Amore, Karl Borg, Benjamin Johnson u Jonathan Borg niżżlu isimhom fost l-iskorers.

White Hart: Karl Borg, Stephen Micallef, Paola Calleja, David Agius, Elton Lee Farrugia, Luke Dimech, Alvin Galea, Kevin Micallef, Ali Shah, Shawn Falzon, Karl Dimech, Karl Brincau, Oscar Toledano, Matthew Buhagiar, Matthew Camenzuli, Keith Sciberras, Rick Micallef,

GREE Sliema Hotsticks: Ludwig Cole, Emile Borg, Ryan Dalli, Luke Brincat, Keith Scicluna, Lukas Plaehn, Silas Plaehn, Shaun Grima, Andrew Monaghan, Alessandro Amore, Christ Agius, Benjamin Johnson, Jonathan Borg, Karl Borg.

Umpires: Edward Hughes, Keith Calleja