GRUPP D – DANIMARKA V TUNEŻIJA
Fl-ewwel partita minn Grupp D id-Danimarka se jaffrontaw lit-Tuneżija fl-Education City Stadium. Id-Danimarka kienet it-tim sorpriża fil-Euro 2020, li madanakollu se tibqa’ mfakkra għall-inċident ta’ Christian Eriksen, li kkollassa b’attakk tal-qalb fil-partita kontra l-Finlandja. Fortunatament, Eriksen irkupra u mistenni jkun parti integrali mill-ewwel ħdax kontra t-Tuneżija. Bi grupp ta’ plejers li ilhom għall-aħħar snin jilagħbu flimkien, id-Danimarka mistennija jkunu t-tim li flimkien ma’ Franza jagħmluha mal-aħħar sittax.
Min-naħa l-oħra t-Tuneżija, minkejja n-nuqqas ta’ ismijiet popolari fl-iskwadra taħghom, il-kowċ Jalel Kadri rnexxielu jibni tim reżiljenti li mhux faċli li tiskurjalu.
//= $special ?>