Lokali

Il-każ ta’ Bernice Cassar kien se jinstema’ fil-Qorti f’Novembru tas-sena d-dieħla

Fl-aħħar ħin ġie kkonfermat li l-każ ta’ Bernice Cassar – l-omm ta’ żewgt itfal li nqatlet kiesaħ u biered it-Tlieta filgħodu vjolenża domesika permezz ta’ sparatura li seħħet f’Kordin kellu jinstemà quddiem il-Qorti f’Novembru tas-sena d-dieħla.

Dan qalu l-Ministru għall-intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri fejn ikkonferma li dan il-każ beda jiġi segwit wara li f’Mejju li għadda, il-vittma għamlet rapport ta’ vjolenża domestika lill-pulizija. Sussegwentament, il-pulizija kkonfermat illi ic-chargers fil-konfront tal-persuna susspettata bil-qtil tal-vittma kienu fis-seħħ iżda l-każ kellu jinstemà quddiem il-Qorti f’Novembru tas-sena d-dieħla.

Fid-dawl ta’ dan il-femiċidju, Byron Camilleri flimkien mal-Ministru tal-ġustizzja Jonathan Attard ħatru inkjesta mmexxija mill-Imħallef Geoffrey Valencia sabiex tistabillixxi eżattament x’ġara minn kull entità li kellha kwalunkwe rwol f’dan il-proċess biex umbagħad abbażi tal-inkjesta jittieħdu d-decizzjonijiet mħtieġa.

Permezz ta’ din l-inkjesta se jiġi stabbili jekk kienx hemm xi nuqqasijiet u jekk jirizzulta li kien hemm xi nuqqasijiet, se jittieħdu passi fil-konfront ta’ min kien responsabbli għal dawn in-nuqqasijiet.