Lokali Parlament

Il-Partit Nazzjonalista jgħid li l-Prim Ministru gideb fil-Parlament

Il-Partit Nazzjonalista bi stqarrija iebsa ferm; jakkuża lill-Prim Ministru illi gideb fil-Parlament. Dan sehh meta it-Tnejn, Robert Abela kien qed jaghlaq id-dibattitu dwar l-estimi għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Fi stqarrija, il-PN qal illi l-arroganza tal-Prim Ministru kull ma jmur qed tkompli tispikka, tant illi issa saħansitra għażel li fil-Partlament jigdeb … meta qal li l-Oppożizzjoni f’xi mument qablet dwar il-ħatra ta’ Joe Azzopardi bħala Kummissarju għall-Istandards. Xi ħaġa li ġiet miċħuda b’saħħa mill-PN.

Fl-istess seduta Parlamentari, Bernard Grech insista li l-Partit Nazzjonalista kien ilu żmien twil joffri l-id tal-ħbiberija u jitlob djalogu ma’ Robert Abela – izda it-tkaxkir tas-saqajn jikkonferma kemm Robert Abela ma jikkonsultax.

Il-Kap tal-PN fakkar li l-karigi kollha f’pajjiżna huma importanti, u fihom għandu jkun hemm persuni integri u kapaċi. Għalhekk, fi kliem Bernard Grech, il-Prim Ministru għandu obbligu jikkonsulta.

Intant, il-PN fl-istqarrija tiegħu irrimarka….li għax il-Prim Ministru arroganti issa qiegħed jemmen il-gideb tiegħu stess.