Lokali

IL-QTIL TA’ BERNICE CASSAR: Is-suspettat għadu imsakkar fid-dar tiegħu

Ir-raġel suspettat bil-qtil ta’ Bernice Cassar fiz-Zona Industrijali ta’ Kordin għadu qed jirreżisti milli jagħti ruħu b’idejh lill-Pulizija.

Fil-fatt sa dan il-ħin (6pm) ir-raġel għadu maqful ġewwa, fir-residenza tiegħu fil-Qrendi.

Il-media qed tinżamm ‘il bogħod minn din iz-zona sabiex il-Pulizija jkomplu bil-ħidma delikata tagħhom. Preżenti wkoll numru ta’ esperti psikjatriċi, tobba u infermieri minn Mater Dei.