Għawdex Lokali

It-terremot jikkawża ħsarat f’parti mill-koppla taż-Żebbuġ Għawdex

It-theżżiża ta’ 4.6 fuq l-Iskala Richter jidher li nħasset l-aktar f’Għawdex, b’riżultat li anke xi bini sofra ħsarat.

Net News jinsab infurmat li dan it-terremot ikkawża ħsarat fil-koppla tal-Knisja taż-Żebbuġ. Bil-parroċċa tqabbad mal-ewwel periti sabiex janalizzaw il-ħsara fuq il-parti ta’ barra tal-lanterna li tiddomina dan ir-raħal Għawdxi.

Mhux eskluż li ankè fuq ġewwa kien hemm xi ħsarat. Iżda għalissa, għadu għaddej il-proċess biex ikun stabbilit kemm hi kbira il-ħsara u xi spejjeż jeħtieġ biex tiġi rranġata.