Sport Tazza Tad-Dinja 2022

L-Italja jżommu r-rekord wara t-telfa tal-Arġentina

(Ritratt: EPA)

Għalkemm l-Italja mhux qed tieħu sehem f’din l-edizzjoni tat-tazza tad-Dinja, xorta rnexxielhom iżommu t-titlu tal-aktar tim imbattibli f’logħob internazzjonali wara li llum it-tim tal-Arġentina sofra telfa mhux mistennija kontra t-tim tal-Arabja Sawdija. Dan għaliex it-tim Taljan għandu rekord ta’ 37 logħba mhux imbattibli, rekord li twaqqaf minn Ottubru 2018 sa Settembru 2021 li kien jinkludi wkoll ir-rebħ tal-Euro 2020 li saret is-sena li għaddiet.

It-tim tal-Arġentina kien se jilħaq dan it-tragward fl-ewwel logħba ta’ grupp Ċ kontra s-Sawdi, biss it-telfa tal-lum waqfet lit-tim tal-Arġentina milli jilħaq lit-tim Taljan. Preżentament it-tim Taljan jinsab l-ewwel post b’37 logħba, segwit mill-Arġentina b’36 logħba filwaqt li fit-tielet post hemm l-Alġerija (2018-2022), il-Brażil (1993-1996) u Spanja (2007-2009) b’35 logħba.