Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Messi u l-Arġentina favoriti fl-ewwel konfront kontra l-Arabja Sawdija

(Ritratt: EPA)

GRUPP C – ARĠENTINA V ARABJA SAWDIJA

Illum l-Arġentina se jkunu qed jibdew l-avventura tagħhom f’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja bil-partita minn Grupp C kontra l-Arabja Sawdija fil-Lusail Iconic Stadium. L-Albiceleste, immexija mill-captain Lionel Messi, se jkunu qed iħarsu li jgħollu t-trofew prestiġjuż fl-aħħar ta’ din il-kompetizzjoni, b’dik li qed titqies bħala l-kompetizzjoni li tista’ tniżżel lil Lionel Messi bħala l-aqwa plejer ta’ kull żmien, jekk iżid mal-lista twila ta’ unuri li rebaħ, it-Tazza tad-Dinja.

Sa minn l-aħħar telfa tagħhom fil-Copa America fl-2019, l-Arġentina ilhom 36 partita ma jitilfu. Min-naħa l-oħra l-Arabja Sawdija ftit li xejn għandhom aspirazzjoni li javvanzaw aktar mill-gruppi, u mhux mistennija li jwettqu sorpriżi kontra l-qawwa mill-Amerika t’Isfel.