Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Ochoa jċaħħad lill-Polonja minn tliet punti

(Ritratt: EPA)

MESSIKU…………..0

POLONJA…………..0

Il-Messiku u l-Polonja ħadu punt kull wieħed hekk kif spiċċaw fi draw ta 0-0 bl-eroj tal-ġurntata bla dubju li kien il-goalkeeper Messikan Guillermo Ochoa li laqa’ penalty tal-attakkant ta’ Barcelona Robert Lewandowski. L-aktar li marru tajjeb b’dan ir-riżultat kienu l-Arabja Sawdija li spiċċaw il-ġurnata fl-ewwel post fi Grupp C wara r-rebħa storika kontra l-Arġentina

Wara 13-il minuta ċans tajjeb għall-Messiku meta kien id-difensur Hector Moreno li għola tajjeb bir-ras fil-kaxxa ż-żgħira iżda laqat ħażin u tefa’ għoli. Fit-26 minuta ċans tad-deheb ieħor għall-Messikani minn kross ta’ Hector Herrera li sab lil Alexis Vega li minn qagħda favorevoli ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tmur barra. tliet minuti wara jergħu ikunu l-Messiku fejn l-ewwel il-goalkeeper Pollakk Szczesny tajjar qabel laħaq Gallardo bid-difiża ma’ jirnexxiliex ittajjar il-periklu u l-ballun jerġa jiġi għand Gallardo iżda x-xutt tiegħu mar barra. L-ewwel taqsima tintemm fi draw ta’ mingħajr gowls.

Il-Pollakki dehru aħjar fit-tieni taqsima u wara konsultazzjoni mal-VAR ingħataw penalty għal foul fil-kaxxa ta’ Moreno fuq Lewandowski. L-istess Lewandowski mar fuq il-ballun mill-11-il metru iżda ra lil Ochoa jmur preċiż fuq il-ballun u jilqalu l-penalty. Fl-64 minuta Szcenzny jwettaq save mill-isbaħ fuq daqqa ta’ ras ta’ Henry Martin. L-iskor baqa’ ma’ nbidilx sa tmiem il-partita b’dan ikun it-tieni draw mingħajr gowls tal-ġurnata wara dak tad-Danimarka u t-Tuneżija.