Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Olivier Giroud jilħaq lil Thierry Henry b’51 gowl

(Ritratt: EPA)

Biż-żewġ gowls li skorja kontra l-Awstralja, Olivier Giroud laħaq lill-aqwa skorer ta’ kull żmien Franċiż Thierry Henry b’51 gowl.

Bil-kompetizzjoni għada fil-bidu tagħha, l-istilla ta’ AC Milan jinsab biċ-ċans li jegħleb ir-rekord ta’ Henry hekk kif issa jonqsu biss gowl wieħed biex isir l-aqwa skorer ta’ kull żmien.

Qabel bdiet it-Tazza tad-Dinja Giroud kien qal li bla dubju li wieħed mill-għanijiet tiegħu fil-Qatar se jkun li jikser dan ir-rekord iżda l-prijorità hi li hu u t-tim tiegħu jaslu kemm jista jkun fil-kompetizzjoni.

Henry skorja 51 gowl f’123 partita għal Franza filwaqt li Giroud s’issa skorja l-istess ammont ta’ gowls f’115.