GRUPP C – MESSIKU V POLONJA
Fit-tieni partita minn Grupp C, fi Stadium 974, il-Messiku se jilagħbu kontra l-Polonja. Il-Messiku se jkun qed jagħmlu it-tmien dehra konsekuttiva fit-Tazza tad-Dinja, fejn ġew eliminati f’dawn l-edizzjonijiet fil-fażi tal-gruppi. Din il-partita kontra l-Polonja se tkun kruċjali għaż-żewġ timijiet u mistennija tkun determinanti għal min se javvanza mill-grupp.
Min-naħa l-oħra l-Polonja qed jittammaw li jgħaddu mill-gruppi għall-ewwel darba sa mill-edizzjoni tal-Messiku fl-1986, fejn se jkunu qed iserrħu fuq l-aqwa plejer tagħhom, Robert Lewandowski, bħala s-sors ewlieni tal-gowls.
//= $special ?>